Friday, February 18, 2011

Griż Skur

Inħares 'il barra,
'Il barra mit-tieqa,
U hemmhekk kulma nara,
Il-griż, temp tad-dieqa.

Inkompli jien nifli,
Kuluri bla ħajja,
Ħlief kultant xi aħmar,
Ta' karozza titlajja.

Ir-riħ qawwi jvenven,
Isabbat u jtajjar,
Xita qalila nieżla,
Timla' l-bjar u l-ixmajjar.

Imma jien la nkun ġewwa,
B'dan xejn ma niddejjaq,
Għax naħdem u nisgħar,
U l-istress infejjaq.

Ix-xemx tkun darb'ohra,
Meta sħab ma jkunx hemm,
Meta nlesti minn xogħli,
U mill-għaraq tad-demm.

Għalhekk inżel xita,
Għax xogħol fadal xi jsir,
Meta mbagħad ngħidlek jiena,
Tibqax timla' l-bir!!

No comments:

Post a Comment