Saturday, November 3, 2012

Kwadru Iswed


Halluni!
Hlibtuni.  Storbju jsaffar f'widnejja
Nies zugraga f'ghajnejja
Sturdewni, ghajjewni.
Itilquni.
Sparixxu minn quddiemi u ieqfu bikkuni.

Tghajtulix, tkellmunix.
Halluni ndub fis-skiet li jkebbibni
Kobba fid-dlam taht salib li jwiddibni u li
hawwadni, saddadni.
Imkien ma sibt farag, dmugh biss ixarrabni.

Nixxejjer mar-rih bhal qoxra mitlufa
Titqalleb fl-imwieg, ghar-rih ivenven mikxufa.
U x-xita ssawwatha
Kull mewga ssabbatha.
M'hemmx tama ghall-aghma
Li ttarrax u mmuta
U spicca bhal brimba mhabbla f'ghanqbuta.

Tuesday, May 8, 2012

Xemgha

Ilsienha jitlieheb, jikwi,
beda jehmzu u jinkih,
jizfinlu gharwien,
jizzegleg grazzjuz
minghajr xejn misthija.
U xeghellu w dawwallu
harstu sewda fuq wiccu.

Qanqlu sew u hass fawra,
sa ghaqqad il-ponn.
Heddidha b'nofs korla,
li k'darb'ohra tghajbu,
jghallaqha, jkeffinha.

Ma twerwritx ix-xemgha,
u biex bhal tisfida,
carcret tismot fuq idu.

Fit-telfa rribella,
B'heffa bezlaq sebghu
U f'nifs lewielha ghonqha.

W'hemm ma tniffsitx aktar.
U hu baqa' wahdu
fil-hemda tad-dlam,

b'sebghu mahruq.

Tuesday, April 24, 2012

.MANETTI.

Hariglu jdejh
Mghannqin bil-lest
Biex jorbothomlu
Bil-griz ileqq
Lewn il-kesha
Bhal halq imbexxaq
Imgewwah biex jigdem.

Libbishomlu.
Ghalaqhomlu.
Sakkarhomlu.

B'hoss ta' tlink!
Il-bieb issakkar
U qafel barra l-liberta`.

Taret mar-rih.
Daghbet fil-ksieh.

'Mma ma deherx qalbu maqtugha
Bhal cert l`ghad jaraha darb'ohra.