Sunday, April 17, 2011

Episodju ta' zewg ahwa ckejknin fix-xemx

Arah, arah kemm jiehu hsiebha,
Ghedt lil sehbiti b'tbissima,
Dawret wiccha 'l fejn urejtha,
Kien hemm tifla zghira u huha,
Tnejn ckejknin, hi bilkemm timxi,
Imm'hu ragel zghir, xejn bluha,
Qabdilha idha u ggwidaha,
U x'hin tfixklet dlonk refaghha,
Forsi kellu kemm, tmien snin?

X'hin bdiet tibki, qaghad jismaghha,
Poggiha f'hogru, bil-mod, bilqieghda,
Qaghad jghannaqha sa ma lestiet,
Sa ma fil-bandli, kien hemm biss skiet,
Imbaghad qabditlu wiccu f'idha,
U faqqghet dahka ta' fessuda,
Meghket imnehirha f'sidru,
Jghallmuk, ghadhom bilkemm jidhru.

Ejja imxi, sar il-hin,
L-ohra qaltli w bil-mod gibditni,
Kont bqajt niccassa lejn ic-ckejknin,
U fejn il-memorja kienet haditni,
Iccaqlaqt izda mhux qabel,
Harist lejn imhabbithom issahhar,
U b'ghajnejja ghedtihom, tlabthom,
Qisu li tibqghu hekk sa l-ahhar.

Monday, April 4, 2011

It-Tina ta' Quddiemi

Kont ilek Xitwa,
Vojta gharwiena,
Kwazi tindara,
Zkuk biss,
Thares fiss,
Monotona,
F'daqqa wahda,
Rajt l-erba' werqiet,
Li l-Harifa l-ohra tfiet,
Werqiet ckejkna hodor,
Qeghdin jinbtu,
U fraht bil-hajja,
L'int bdejt twelled,
U qghadtlek ghassa,
U kuljum bdejt ninnota,
Kif hi u ddur ir-rota,
Int bdejt tiffolla,
Bil-weraq haj,
Ahdar jghajjat,
Fil-jum tal-lum,
Kwazi nksejt,
Tarmi l-gmiel bdejt!
Ftit ohra fadal,
X'tghatti zkuk mghaddam,
Eh din ir-Rebbiegha,
Kif ittik il-hajja,
Fadal biss it-tin,
Tajjeb u fin,
Illi ddendel inti,
Imma dak fis-sajf,
Sabiex it-triq tisbieh,
U l-frott tieghek tgawdih.
Mel'allura
Anka ghalik,
Kull jum hu varju,
Hemm granet ta' niket,
U anka ghalik,
Hemm granet ta' fjur,
Trid jew ma tridx,
Ikollok timxi mac-ciklu,
Daqqa gharwiena,
U daqqa tfur.
Imma li jiswa ghalissa,
Huwa li wasal zmien il-hdura,
Zmien l-unur u l-kulur.