Monday, March 21, 2011

Rebbiegha

Merhba, helwa Rebbiegha,
Kont ili herqana nistenniek,
Waslet tieghek is-siegha,
Il-fjuri stenbhu fuq ix-xwiek,
Ix-xemx qed tizreg fl-oghla sema,
L-ghasfur qed jghanni fil-fergha ghall-berah,
U t-tbatija issa ghaddiet,
L-iswed kien, u ghadda u miet.
Gimgha, jum u stagun gdid,
Jimmarka llum, wiehed u ghoxrin,
Hallina issa ngawduk ftit,
U nduqu tieghek il-frott bnin,
Mieghek gibt il-hena f'qalbi,
Iz-ziffa tfissed b'hlewwa wkoll,
Il-kesha tishon u tizvinta,
Il-fjur jiddakkar, lis-silg iholl.
Mel'ejja, u imla' l-imnifsejn
B'din l-ghanja helwa w riha tfuh,
B'l-ilwien b'kollox jixeghlu mieghi,
Halluni maghkom nibda nizfen,
W ghal ftit zmien issiru tieghi.

Saturday, March 19, 2011

Lill-Ommi f'Gheluq Sninha u fl-Gheluq l-Anniversarju Taz-Zwieg!

Mhux ghax illum specjali
Se nghidlek dal-kliem jien,
Mhux ghax int l-ideali,
Karattru mimli lwien,
Int haqqek kuljum tifrah
Sidt qalb tad-deheb bhal dik,
K'ma tapprezzakx tkun iblah,
B'hekk poezija ghalik.

Llum jahbat gheluq sninek,
Ghadd'iehor ma' l-ohrajn,
Nofs hajtek tajtni hinek,
Widinti kont, u l-ghajn,
Zmien jghaddi w le jistenna,
Ghadda jigri u m'ghadniex zghar,
Nitlob biss l'int tithenna,
Ghax il-passat issa ghadda w mar.

Erbgha u tletin sen'ilu,
Ghalaqt int tnejn w ghoxrin,
Hadt b'zewgek lil missieri,
Tezor iehor, kristallin,
B'rihitkom jien hawn qieghda,
Niktbilkom dal-kelmtejn,
Waqt li naghmlilkom wieghda,
Li ma hdimtux ghalxejn.

Grazzi ta' kulm'ghamiltu,
W'ta' li taghmlu anka llum,
Kemm twissu, tghannqu u taghdru,
Ir-rispett kemm haj indum,
Jibqa' hemm go fija lejkom,
Ghax intom iz-zewg bnedmin,
Li kulma jien ghamluh idejkom,
Nibqa' nhobbkom tul is-snin!

Tuesday, March 15, 2011

A Splash Of Colour

Green and blue
Expose nature's heart so true,
Grass and skies,
Happiness and sighs,
Walks in the countryside,
Show me earth colours,
Although they're all sprayed,
With colourful flowers,
White is for pure,
Blood points at red,
Of which my country's sure,
Our old fathers shed,
But deep red's also passion,
Ambition and progression,
Courage, risk and determination,
In fulfilling our obligation,
Pink soothes me to softness,
I close my eyes,
Feel its childish, sweet caress,
For it represents innocence,
Of a child, thoughts so mild.
Oranges and yellows,
Bring sunshine to mind,
Brightness, stars and happy hellos,
Of every morning, a blessing find,
Lastly, into my purple I plunge,
All kinds of lilacs, violets,
Indigos and plums,
For 'tis the colour that massages my soul,
The colour of music,
Where depth and serenity flow,
The colour which finally,
Will lead me to them,
The seven hues of the rainbow.

Sunday, March 13, 2011

Inkwadru Morr

L-ahhar li ratu kien xi gimgha qabel.  X'hin qalulha li kellhom johduh ftit l-isptar minn fuq ix-xoghol inhasdet ftit, imma heqq, kultant kulhadd ikollu jasal wasla s'hemm donnu.  Missierha qalilha li kien se jwassal lil ommha xoghol u jibqa' sejjer l-isptar jarah, u ddecidiet li tmur mieghu.  Lanqas lahqet rifset il-bieb ta' l-emergenza li ma ratux fil-genb fil kuritur, bilqieghda go sodda tar-roti, jistenna biex jara fejn kienu se johduh.  Kien liebes flokk isfar li kien gab minn xi safar.  Wiccu kellu harsa xipli fuqu, harsa ta' tifel zghir li jkollok aptit tghannaq u tbus.  Marru flimkien mieghu fil-kamra fejn kienu se jzommuh u zammewlu ftit kumpanija.  Beda jitghawweg u jzomm zaqqu bl-ugigh, sa ma donnu l-likwidu li kienu injettawlu beda jaghmel tieghu, u bdiet tmur ftit ghajnu bih.  L-ewwel bisitu hi fuq haddejh, imbaghad biesu missierha, u ghal xi raguni li ma saqsietx x'kienet, ratu jaghmillu salib fuq mohhu.

Filghodu mas-6am qajjimhom it-telefown.  Wiegeb missierha u qalulu li t-tifel kien hassu hazin.  Iz-zghira kienet qieghda tilbes ghax-xoghol, imma x'hin rat hekk telqet kollox u marret mieghu.  Xeghel il-hazard lights u beda jsuq qisu ghafrid, bhall-imgienen.  Bus lanes, traffiku u sriebet ta' karozzi, lil kulhadd bdew jaqbzu.  Bintu, li s-soltu kienet dejjem tippridkalu biex isuq bil-galbu, dakinhar ma tkellmet xejn.

Hassitha stramba kif malli dahlu flok hallewhom jibqghu sejrin dritt hdejh, qalulhom biex jidhlu go kamra faccata.  Tat harsa 'l fejn qalulhom biex imorru, rat statwa ta' Madonna u bukketti ta' fjuri quddiemha, imma xorta ma fehmitx.  Sa ma rat wiccu, wicc it-tabib.  "Kif inhu Dott?" staqsieh missierha.  Lanqas twegiba, harsa biss.  U missierha nfaqa' jibki, jibki bhal tarbija.  U bintu baqghet iccassata thares lejh.

Kelma li hi kelma ma lissnitx.  Ghajnejha bdew iharsu fil-vojt, iduru l-ghajnejn ta' l-erbgha min-nies li kien hemm madwarha wiehed wiehed, tipprova forsi taqra x'qed jghidu.  Harget wahidha mill-kamra u baqghet sejra tfittex l-ewwel sink li ssib.  Ghamlet l-isbah kwarta wahidha hemm gew u llum tghid illi li kieku waqghet bomba hdejha dak il-hin ma kinitx tismaghha.  U li kieku xi hadd qataghlha rasha, ma kinitx tohorgilha qatra demm.  Regghet lura hdejn missierha u t-tabib, u b'ton ta kmand qaltlu, "Hudni hdejh.  Irrid narah."

"Xena ohra li ha nibqa' ngorr mieghi," qaltli hi u tirrakkuntali.  Qalet li kien mghotti kollu b'lizar abjad, u t-tabib kixiflu wiccu.  Abjad karti, abjad bhal-lizar.  Mielet rasha fuq sider huhha u ma felhitx aktar.  Splodiet tolfoq, ilfiq ta' qsim il-qalb.  Qalet li qabel telqet, bisitu fuq haddejh; u haddejh kienu keshin bhas-silg, bhal irham fuq qabar.

In-nies ghall-funeral tieghu gew bhad-dud, imma minn daqs dawk nies hi riedet biss lilu.  Xtaqet li jqum u jmur mixja maghha bhalma kienu jaghmlu kwazi kuljum.  Xtaqet tiftah qalbha mieghu fuq kulma kienet qed thoss.  Xtaqet tghajjat mieghu talli ta dil-qatgha u ghamlilha din ic-cajta.  Izda ma hallihiex.  Minflok, halliha quddiesa shiha ticcassa lejn it-tebut, tipprova tifhem kif gisem zaghzugh bhal dak qieghed f'kaxxa u mhux barra minnha.

Ma riditx tghidli dak li hasset ic-cimiterju, hi u tarah niezel minn fejn qatt ma kien se jerga' jitla'.  Qaltli biss li qabel, kien ta' spiss johodha fuq l-istess qabar biex jghidu talba lil nannuhom li hadd minnhom ma kien lahqu.  "Mur ghidlu min kien imiss," qatli b'dahka falza.  Illum, m'ghadhiex tqum tibkih bil-lejl jew ticcassa lejn ir-ritratti tieghu minn filghodu sa filghaxija.  Imma ismu migruf f'qalbha, u huma spissi l-mumenti fejn tkun tixtiequ hdejha, fejn taghti gidha biex tara l-mobile idoqq u ssib messagg minn tieghu. 

Minkejja dan, huwa wens ghaliha li taf illi huha l-kbir baqa' jiehu hsiebha bhalma kien ghamel sa minn ckunitha, minhabba li kien hemm ftit tas-snin mhux hazin bejniethom. "Inhossni ferhana li wiehed mill-ahhar messaggi li baghtli kien out of the blue.  U kellu miktub biss "** inhobbok **", qaltli bi tbissima qabel ghalqet il-bieb warajja.

Friday, March 11, 2011

Blu

Ja blu,
Ma nixba qatt nikteb dwarek,
Int wisq sabih,
Kemm niehu gost meta nhares 'il fuq
u nsibek hemm!
Tittawwal 'l isfel,
Tirrenja fuq 'l art,
Int tfisser Rebbiegha,
l-istagun gdid!
Tax-Xitwa u x-xita,
tikxef il-gid!
Ghax il-fjuri jitmattru,
Malli jhossuk,
Jikbru u jinfethu,
Halli jpaxxuk,
Jilaghqu x-xemx tahraq,
Titbandal tahtek,
Waqt li bla shaba,
Int thossok f'sahhtek.

Anka nhares 'l isfel,
insibek hemm!
Blu differenti,
Seren u profond,
Nixtieq nintefa' fik,
nghidlek car u tond,
li tant kburija bik,
Hallini mela,
insir parti minnkom,
Inkun bejn sema u ilma,
Maghquda maghkom,
ghal dejjem taghkom,
Ma' l-ikhal u l-blu
X'ma nitpaxxiex,
Li rahal twelidi
mill-bahar izraq,
hu welled ismu!

Tuesday, March 8, 2011

Lil Kull Mara

Tghid meta Alla halqek
minn ta' mhabbtek il-kustilja,
kien jaf minn xiex se tghaddi,
matul taz-zmien il-milja?
Tghid meta rak titbissem,
bil-ferh ghall-ewwel darba,
kien jaf kemm ghad trid tibki
w bid-dmugh se tkun imxarrba?

Kien jaf w apposta sawrek
b'dal mod kif int imsawra.
Kien hemm bzonn l'int tkun b'sahhtek,
biex mad-daqqiet li l-hajja ttik,
int titghawweg sew bl-ugigh,
habba l-qalb kbira li ssib fik,
'mma tliet darbiet ma jilhaqx jidden,
ghax int tqum tigri,
bit-taghbija li tkun ghabbejt,
u minkejja li sahhtek hlejt,
dlonk terga' tixref it-tbissima,
f'dahka mfaqqa' inti tbiddilha,
tinsa r-raguni ghalfejn tkun bkejt.

Ragel jinzerta jhares lejk,
Jibqa' mistaghgeb, ma jifhimx,
Kif dil-hlejqa tidher fragli,
Mbghad ghandha intern li daqshekk sod.
kif dil-mara xejn ma jigiha facli,
imma ghadamha le jirtoghod,
anzi ghajnejha jidhku lejh,
jimlewh bil-ferh!
X'ma jridhiex hdejh?

Sunday, March 6, 2011

Girja san-naha l-ohra

Bdiet tipprova tiftakar, imma ghalxejn.  L-unika memorja kienet ta' xi hadd jghidilha "Ibqa' kellimni, Dorianne! Dorianne! Taghlaqx ghajnejk, ibqa' kellimni, kellimni!"  Pruvat tobdi, imma bhal dalma waqghet quddiem ghajnejha u ma semghetx aktar ilhna.

Sikta.  Rih u ziffa ma' wiccha.  "Fejn qieghda?" hasbet bejnha u bejn ruhha, "possibbli mitt?  Jew forsi rieqda.  Imma ghalfejn ma nistax inqum?" bdiet tirraguna. "QUM," kmandat lilha nfisha.  Xi haga donnha ma bdietx thalliha.  Bdiet thossha qieghda ttir f'direzzjoni ghad-dritt imma ma setghet tilmah xejn.  "Kieku mitt, m'inix qed nara dak id-dawl illi jghidu illi jaraw?  Ma tkunx idea hazina kieku narah.  Ili bil-kurzita, mqar ghal ftit," kompliet thewden.  F'daqqa wahda r-rih siket ukoll u hassitha wieqfa.  Tat harsa hafifa madwarha u ghad li dawl kien hemm kemm kemm tara, lemhet forma ta' bniedem.  Kien liebes l-abjad, izda ma kellux gwienah.  "Fejn qieghdin?" staqsietu b'arja.  "Dalwaqt tkun taf," wegibha l-iehor b'ton newtrali ghall-ahhar.  "Poggi hawn," rega qalilha.

Intefghet fuq il-banketta zghira li ppuntalha lejha u hekk kif regghet harset 'il fuq tilmah lilha nfisha f'gheluq sninha ta' madwar hames snin qabel.  Kienet ghalqet tnejn u ghoxrin sena.  Rat wiccha mixrub u abjad u ftakret li dakinhar kien kellha glieda papali m'ommha u missierha, u kienet qabdet bagalja u telqet minghajr ma kienet taf fejn kienet se tmidd rasha dak il-lejl.  Kienet iz-zghira fost hamest ahwa izda kienet taf li kienet l-iktar wahda li tathom inkwiet.  Bi skola qatt ma riedet taf, u lanqas b'xoghol.  Ommha kienet tniggizha li d-dar kienet ghamlithielha qisha lukanda, dhul, ikel, irqad u hrug biss.  "Ma nsibek ghalxejn!" spiss kienet tghajjarha, "minghajr m'ghandek xejn x'taghmel, tigri 'l barra biss!  Mur imqar ghand ta' Baxir, qalli li ghandu bzonn wahda tghinu fil-hanut!".  Kien dardarha dal-kliem.  Kienet thossha ghaddejja tajba u ma setghetx tifhem ghalfejn missierha kien spiss jimbuttaha biex issib xoghol.  Il-ftit flus li kienet tinqeda bihom kienet iggibhom minghand l-irgiel li kienet tiltaqa' maghhom kultant.  In-natura kienet hanina maghha u fizikament qatt ma naqasha xejn.  Kif kienet issib ruha bil-portmoni vojt, kienet tintefa' f'bar barra r-rahal, tiehu grokk ma' min jinzerta jghaddi s'hemm dak il-lejl u malli jittantawha, iccapcap f'qalbha.

Ma kienx ikollha fejn tistahba, imma wara l-kantuniera kienet tinqeda tajjeb.  Il-flus kienet titlobhomlu fit-triq, waqt li tkun ghadha qed tisseducih u rari sabet problema.  Meta tinzerta xi wiehed li ma jkunx galantom daqs 'l ohrajn, kienet iddendel ix-xoffa u tghidlu li sejra d-dar, u kif ikunu se jitilqu ghal rihhom, jerga' jdurlu u tghaddi taghha. 

Kienet ghoddha se tibda titbissem hi u tara dan kollu, meta qataghlha hsibijietha r-ragel li kien baqa' hdejha fuq il-banketta.  "Gmielek," ikkummenta.  "Ma kontx hekk qabel," iddefendiet ruhha hi malli ndunat li donnu qieghed jippregudikaha.  "Hekk ghadek imma," tennielha.  Ma wegbitux.  In-nofs tbissima ta' fuq fommha kienet ghebet.  "Jaqaw jien mitt?" staqsietu.  "Se tibghatni ... se tibghatni l-infern?  Jaqaw veru jezisti l-infern?"  Il-vuci taghha bdiet tirqaq u toghla.  Ghamlilha sinjal biex terga' thares quddiemha.

Din id-darba rat 'l ommha tibki, u 'l ohtha tipprova ssabbarha.  Kienet liebsa l-istess hwejjeg ta' dakinhar li telqet mid-dar bil-glied.  "Nithassarha," bdiet tghid l-omm,  "qisha mitlufa, ma tafx xi trid, kollox idejjaqha, dejjem tfittex, u tfittex fil-bnadi l-hziena.  Jien naf kif qed tghix, imma ma rridx nimbarazzaha," kompliet tolfoq ommha sakemm ix-xena regghet ghebet fix-xejn.

"Ommi taf? Taf kollox??" staqsietu mdehxa.  "Ghala?" inkiha dak, "mela kont qed taghmel xi zball?"  Ma felhitx twiegbu.  'L ommha kienet ratha mikduda wisq.  Kwazi ratha ghaxar snin ixjeh milli fil-fatt kienet u hassitha kolpevoli.  Hutha l-ohra kollha kienu hargu ta' xogholhom, u meta kienet tinkwieta ghalihom, kienu jkunu affarijiet ferm zghar hdejn taghha.  Donnha kienet qieghda tifhem.

"Ghidli li mhux tard wisq," lissnitlu bil-mod.  Ghall-ewwel darba rat il-bixra ta' wiccu tiehu daqsxejn xghira differenti, u strahet. 

"Dorianne, qum, qum," semghet lehen jokrob fil-boghod.  Gharfitu, kien lehen ommha.  Hadet sahhitha biex kmandat lill-ghajnejha jitbexxqu harira.  "Dorianne!!!!!" Din id-darba ommha werzqet bil-ferh.  Dorianne tbissmet kemm kemm felhet.  Ma kinitx taf jekk kinitx holmot jew le izda bilkemm tinstema' u batuta, harset f'ghajnejn ommha u staqsietha, "Ma, ta' Baxir ghad ghandu bzonn wahda fil-hanut?"

Friday, March 4, 2011

It-Tarag tal-Hajja

Il-linji fini fuq mohhok,
Jimmarkaw ghexieren ta' snin,
Ifakkru miljun emozzjoni, il-biki,
ir-rabja. Ma' dawk ukoll id-dahk u l-ferh,
tajjeb u hazin.  Jikxfu kollox, iwerzqu s-sigrieti,
igibu l-memorji - antiki, godda, xejn ma nsejt, la fallimenti
u lanqas glorji.  Targa targa, inti bnejt hajtek, gawdejt tfulitek, dhalt
f'zoghzitek.  Skola ma tghallimtx, imma hdimt daqs baghal, biex rabbejt it-tfal,
Habbejt il-martek, partrijott t'artek, kemm flaht hdimt ghalihom, u nvestejt fihom,
Biex ikunu ahjar minnek, int kont tghidilhom.  Ghax int dejjem batejt, rajt
hafna u sofrejt, xemx u xita, sajjetti u nida, dejjem fl-ghalqa, tizra' u
tahsad, taghzaq u thawwel, tballat u ssaqqi.  F'ghajnejk hemm triq
twila w se tkompli tikber kif ilha, dejjem thares fil-boghod, xhud
ta' karattru sod.  Fuq mohhok it-tikmix, u fuq idejk, fuq
haddejk, imma sodisfatt lilek rajt, ghax targa wara
targa, issa li kwazi spiccajt, inti tista' tiftahar, li
fraht u weggajt, li hsadt dak li zrajt..
li dil-hajja issa tlajt.

Thursday, March 3, 2011

Lejla sajfija fil-bidu tad-disghinijiet...

Kulhadd barra jien kien ikun qieghed jiehu dik is-sjesta li tant tinzel ghasel fis-sajf wara l-ikel.  Jien kont ninxtehet fuq is-sodda taparsi rieqda, imma fil-verita', kont inzomm ghajn wahda mbexxqa ghassa mal-minutiera ta' l-izveljarin.  Malli mbaghad jiskorru l-erbgha, arani noqmos minn fuq is-sodda ghal isfel, incaqlaq lil hija biex iqum (noqghod mal-genb u ntawwal biss idi, f'kas li nara xi ponn mghaqqad jispara 'l fuq) u niftah il-gwardarobba biex nohrog l-affarijiet, bl-iktar storbju u cekcik possibbli.  B'rajja din il-procedura kienet issir hafna qabel l-erbgha, imma ommi kienet dejjem tinsisti biex ma nixirfux barra qabel tiddghajjef il-qilla tax-xemx.

Malja, flippers, maskla u tank ilma biex nitlahalhu wara.  Dak kont nimlih fil-bitha biex isibuh lest u ma jkollhomx skuza jiddawru naqr'ohra biex nitilqu.  Ommi kienet tibghatni ngib il-picnic cooler minn gol-kamra ta' l-imbarazz u kienet timliha sa fuq.  Juice tal-laring (dak li thallatlu l-ilma mat-trab, sa ma aktar tard bdejna nixtru l-Coolee), luminata, flus zghar ghall-parker u ghall-borza chips jew gelat li dejjem kienu jhajru lili u 'l hija ahna u tielghin, hobz biz-zejt u affarijiet zghar x'innaqqru.

X'hin kollox kien ikun lest, immorru nintasbu fil-Hunter bis-seats jaghlu, u nerhulha ghall-Wied, bin-nanna b'kollox.  Il-vjagg qasir (zewg minuti kollox) sa Wied iz-Zurrieq, ghalija kienet tkun wahda mill-isbah bicciet ghax kont inkun naf li quddiemi kien se jkolli xi 6 sieghat nitbahrat u nizzaghbel.  Lanqas konna nilhqu nipparkjaw... girja wahda biex nilhaq ic-cinta tas-soltu, ninza qabel kulhadd u nhalli l-hwejjeg gozz biex titwihom ommi u .... CLUFF, naqbez jien l-ewwel, u erhili noqghod ninkihom u nghidilhom kemm hu shun il-bahar, halli mbaghad noqghod nidhak bihom wahdi narahom b'ghajnejhom imqabbzin xiber il-barra malli jhossu l-kesha ta' l-ilma.  Ghad li kien ghad ghandi xi 5 jew 6 snin, il-muscles (il-kelma trainers ma kinitx tezisti dak iz-zmien) kont ili li warrabthom.  Il-bahar tal-Wied kien l-isbah bahar ghalija, ghax kien fond u kien hemm il-blat.  Ir-ramel qatt ma flahtu wisq.  Kont noghxa naqbez go dak il-blu, l-aktar meta kien ikun tant car li tara sal-qiegh.  Imbaghad x'hin jigi d-dell kien jiswied, imma dak kien il-bahar tieghi u qatt ma bzajt minnu.

Kont nibqa' nilghab "Ċoma ċoma" minn fuq 'il-ponta' mat-tfal l-ohra sa ma tinzel ix-xemx, u ma nibbastax nitla' qabel ommi tkun ghajtitli xi mija u hames darbiet (u ghal kull ghajta nwiegeb "Ta' l-ahhar! Ta' l-ahhar zgur!" waqt li naf li nini nini ma naqbizx 10 qabziet ohra) u tibda theddidni li jekk se jsir aktar hin se naqbdu u nitilqu d-dar.  Allura mbaghad kontra qalbi kien ikolli nitla', tixxuttani u tbiddilli u nitilghu it-tarag, sal-gnien.

Ma kinitx xi haga hafifa li ssib bank, ghax dak iz-zmien hafna familji kienu jaghmlu l-istess.  Imma dejjem inqdejna.  Il-bahar mielah tal-Wied kien jifthilna aptit ta' baghal, u kulhadd kien joghdos gol-picnic cooler halli jfittex isib il-hobza tieghu.  Tieghi ovvjament kienet tkun tintaghraf ghaliex il-hass, il-basal u l-kappar ghalija seta' ma jezistix.  U hekk ghadu sal-gurnata tal-lum.  Imbaghad kont inhalli 'l kulhadd igedwed bilqieghda, u jien immur nintasab mal-balavostri, nittawwal ghal fuq il-bahar li sa dak il-hin kien ikun beda jsir griz bl-ahmar, sa max-xemx tghib ghal kollox u ma kien jibqa' jidher xejn hlief ir-rigg.

Mhux l-ewwel darba li kont naqleb xi tazza luminata ghal fl-art, u nahrab nigri wahdi biex ma naghtix cans lil missieri jibda jzarrat.  L-hena tieghi kienet illi nitla' t-turgien u nsib il-passaggi fis-sigar li ma tantx kienu juzaw in-nies.  Ommi kienet tibghat lil hija warajja ma jmurx nintilef u erhilna tielghin u nezlin it-tarag (li kien jaghti ghal-latrini) xi miljun darba, taparsi ghandna dar fil-haxix.

X'hin kont nghajja mbaghad, kont immur nintefa' fid-deckchair tieghi u noqghod inkantalhom, sa ma n-nanna ssikkitni u tibda zzebbeg il-kuruna tar-ruzarju li kien ikolli nghid bilfors u bl-infih.  Mal-litanija generalment konna nkunu ntlejna nida, u kien ikun sar il-hin biex nergghu nippakkjaw kollox u nitilghu 'il fuq.  Dal-hin kulhadd burdata hazina kien ikun.  Li kien ghalija konna nikkampjaw hemm.  Xejn xejn inserrah mohhi li mhux ha jisbah filghodu u ommi gejja tbellaghli l-extra work (ma jmurx nittraskura l-iskola fis-sajf)!!  Imma l-kamp qatt ma nxtara, ta' l-anqas mhux ghall-familja, u dejjem bqajna nikkuntentaw b'dawk is-6 sieghat. 

Ghaddew mat-tmintax-il sena minn dak iz-zmien 'l hawn.  L-affarijiet inbidlu, minn 5 min-nies, gejna 3, ix-xoghol u l-intrigu zdiedu ghal kulhadd u l-picnic cooler spiccat fuq ir-raff.  Anka l-bankijiet tal-gnien inbidlu.

Imma dak iz-zmien huwa stampat f'mohhi u se nibqa' niftakru kif kien, bil-bankijiet l-antiki b'kollox.  U f'gurnata xemxija bhal tal-lum, jew f'xi gurnata rih isfel minn t'Awissu, mohhi joqghod jerga' jdawwar it-tape u jerga' joqghod jara dal-film wahdu, film li jirrakkonta zmien zghir helu minn tfuliti.  U min jinzerta jhares lejja, inhallih jipprova jaqta' ghalfejn qed nitbissem wahdi...

Wednesday, March 2, 2011

The Star I'll Catch For You

If I could have just one wish fulfilled,
I would make us fly to the top of the world,
On its edge we would sit,
Side by side, dreams unfurled,
We'd watch shooting stars sprinting by...

...And then I would pick a bright one for you,
The most glistening of them all,
I would hand it to you heartily, gently,
An appreciation token,
Never to be broken....

.... For the love you showed me throughout the years,
For believing, trusting, wiping my tears,
I will watch you glow,
Unnecessary for words to flow,
Beneath the sky we both will shine,
While we whisper to each other...
....I'm so proud you're mine.

Tuesday, March 1, 2011

L-ghasfur li fissidni

Dalghodu stenbaht ghal tpespisa t'ghasfur,
Smajtha gejja mill-ventilatur, donna apposta
biex ma' l-ghodwa, qalbi bi tbissima tfur,
Tisfira helwa, qisha melodija,
Li lil widnejja kmieni ghamlet unur,

Bqajt mimduda b'ghajnejja miftuhin,
Ingawdi l-hoss ta' gurnata gdida,
Sakemm fuq ghajnejja beda diehel ir-ragg fin,
Tax-xemx li ttawlet minn xaqq il-purtiera,
Donnha riedet twissini biex inqum ghax sar il-hin.

Qomt bilqieghda, u l-ghasfur izjed ma nstemax,
Dmiru kien ghamlu u lili kien qajjimni,
Xtaqt xorta li baqa' naq'ohra hdejja ghax
hoss in-natura daqshekk ghal-lum,
Il-hin jitlob li hlief kitba u karti ma narax.

Wara zewg gallettini u tazza halib,
Illum ix-xoghol ma jidhirx li se jkiddni,
B'hekk bdejt il-gurnata bir-radd tas-salib,
Ghax dalghodu ghasfur fettillu fissidni.