Thursday, March 3, 2011

Lejla sajfija fil-bidu tad-disghinijiet...

Kulhadd barra jien kien ikun qieghed jiehu dik is-sjesta li tant tinzel ghasel fis-sajf wara l-ikel.  Jien kont ninxtehet fuq is-sodda taparsi rieqda, imma fil-verita', kont inzomm ghajn wahda mbexxqa ghassa mal-minutiera ta' l-izveljarin.  Malli mbaghad jiskorru l-erbgha, arani noqmos minn fuq is-sodda ghal isfel, incaqlaq lil hija biex iqum (noqghod mal-genb u ntawwal biss idi, f'kas li nara xi ponn mghaqqad jispara 'l fuq) u niftah il-gwardarobba biex nohrog l-affarijiet, bl-iktar storbju u cekcik possibbli.  B'rajja din il-procedura kienet issir hafna qabel l-erbgha, imma ommi kienet dejjem tinsisti biex ma nixirfux barra qabel tiddghajjef il-qilla tax-xemx.

Malja, flippers, maskla u tank ilma biex nitlahalhu wara.  Dak kont nimlih fil-bitha biex isibuh lest u ma jkollhomx skuza jiddawru naqr'ohra biex nitilqu.  Ommi kienet tibghatni ngib il-picnic cooler minn gol-kamra ta' l-imbarazz u kienet timliha sa fuq.  Juice tal-laring (dak li thallatlu l-ilma mat-trab, sa ma aktar tard bdejna nixtru l-Coolee), luminata, flus zghar ghall-parker u ghall-borza chips jew gelat li dejjem kienu jhajru lili u 'l hija ahna u tielghin, hobz biz-zejt u affarijiet zghar x'innaqqru.

X'hin kollox kien ikun lest, immorru nintasbu fil-Hunter bis-seats jaghlu, u nerhulha ghall-Wied, bin-nanna b'kollox.  Il-vjagg qasir (zewg minuti kollox) sa Wied iz-Zurrieq, ghalija kienet tkun wahda mill-isbah bicciet ghax kont inkun naf li quddiemi kien se jkolli xi 6 sieghat nitbahrat u nizzaghbel.  Lanqas konna nilhqu nipparkjaw... girja wahda biex nilhaq ic-cinta tas-soltu, ninza qabel kulhadd u nhalli l-hwejjeg gozz biex titwihom ommi u .... CLUFF, naqbez jien l-ewwel, u erhili noqghod ninkihom u nghidilhom kemm hu shun il-bahar, halli mbaghad noqghod nidhak bihom wahdi narahom b'ghajnejhom imqabbzin xiber il-barra malli jhossu l-kesha ta' l-ilma.  Ghad li kien ghad ghandi xi 5 jew 6 snin, il-muscles (il-kelma trainers ma kinitx tezisti dak iz-zmien) kont ili li warrabthom.  Il-bahar tal-Wied kien l-isbah bahar ghalija, ghax kien fond u kien hemm il-blat.  Ir-ramel qatt ma flahtu wisq.  Kont noghxa naqbez go dak il-blu, l-aktar meta kien ikun tant car li tara sal-qiegh.  Imbaghad x'hin jigi d-dell kien jiswied, imma dak kien il-bahar tieghi u qatt ma bzajt minnu.

Kont nibqa' nilghab "Ċoma ċoma" minn fuq 'il-ponta' mat-tfal l-ohra sa ma tinzel ix-xemx, u ma nibbastax nitla' qabel ommi tkun ghajtitli xi mija u hames darbiet (u ghal kull ghajta nwiegeb "Ta' l-ahhar! Ta' l-ahhar zgur!" waqt li naf li nini nini ma naqbizx 10 qabziet ohra) u tibda theddidni li jekk se jsir aktar hin se naqbdu u nitilqu d-dar.  Allura mbaghad kontra qalbi kien ikolli nitla', tixxuttani u tbiddilli u nitilghu it-tarag, sal-gnien.

Ma kinitx xi haga hafifa li ssib bank, ghax dak iz-zmien hafna familji kienu jaghmlu l-istess.  Imma dejjem inqdejna.  Il-bahar mielah tal-Wied kien jifthilna aptit ta' baghal, u kulhadd kien joghdos gol-picnic cooler halli jfittex isib il-hobza tieghu.  Tieghi ovvjament kienet tkun tintaghraf ghaliex il-hass, il-basal u l-kappar ghalija seta' ma jezistix.  U hekk ghadu sal-gurnata tal-lum.  Imbaghad kont inhalli 'l kulhadd igedwed bilqieghda, u jien immur nintasab mal-balavostri, nittawwal ghal fuq il-bahar li sa dak il-hin kien ikun beda jsir griz bl-ahmar, sa max-xemx tghib ghal kollox u ma kien jibqa' jidher xejn hlief ir-rigg.

Mhux l-ewwel darba li kont naqleb xi tazza luminata ghal fl-art, u nahrab nigri wahdi biex ma naghtix cans lil missieri jibda jzarrat.  L-hena tieghi kienet illi nitla' t-turgien u nsib il-passaggi fis-sigar li ma tantx kienu juzaw in-nies.  Ommi kienet tibghat lil hija warajja ma jmurx nintilef u erhilna tielghin u nezlin it-tarag (li kien jaghti ghal-latrini) xi miljun darba, taparsi ghandna dar fil-haxix.

X'hin kont nghajja mbaghad, kont immur nintefa' fid-deckchair tieghi u noqghod inkantalhom, sa ma n-nanna ssikkitni u tibda zzebbeg il-kuruna tar-ruzarju li kien ikolli nghid bilfors u bl-infih.  Mal-litanija generalment konna nkunu ntlejna nida, u kien ikun sar il-hin biex nergghu nippakkjaw kollox u nitilghu 'il fuq.  Dal-hin kulhadd burdata hazina kien ikun.  Li kien ghalija konna nikkampjaw hemm.  Xejn xejn inserrah mohhi li mhux ha jisbah filghodu u ommi gejja tbellaghli l-extra work (ma jmurx nittraskura l-iskola fis-sajf)!!  Imma l-kamp qatt ma nxtara, ta' l-anqas mhux ghall-familja, u dejjem bqajna nikkuntentaw b'dawk is-6 sieghat. 

Ghaddew mat-tmintax-il sena minn dak iz-zmien 'l hawn.  L-affarijiet inbidlu, minn 5 min-nies, gejna 3, ix-xoghol u l-intrigu zdiedu ghal kulhadd u l-picnic cooler spiccat fuq ir-raff.  Anka l-bankijiet tal-gnien inbidlu.

Imma dak iz-zmien huwa stampat f'mohhi u se nibqa' niftakru kif kien, bil-bankijiet l-antiki b'kollox.  U f'gurnata xemxija bhal tal-lum, jew f'xi gurnata rih isfel minn t'Awissu, mohhi joqghod jerga' jdawwar it-tape u jerga' joqghod jara dal-film wahdu, film li jirrakkonta zmien zghir helu minn tfuliti.  U min jinzerta jhares lejja, inhallih jipprova jaqta' ghalfejn qed nitbissem wahdi...

No comments:

Post a Comment