Dalghodu stenbaht ghal tpespisa t'ghasfur,
Smajtha gejja mill-ventilatur, donna apposta
biex ma' l-ghodwa, qalbi bi tbissima tfur,
Tisfira helwa, qisha melodija,
Li lil widnejja kmieni ghamlet unur,
Bqajt mimduda b'ghajnejja miftuhin,
Ingawdi l-hoss ta' gurnata gdida,
Sakemm fuq ghajnejja beda diehel ir-ragg fin,
Tax-xemx li ttawlet minn xaqq il-purtiera,
Donnha riedet twissini biex inqum ghax sar il-hin.
Qomt bilqieghda, u l-ghasfur izjed ma nstemax,
Dmiru kien ghamlu u lili kien qajjimni,
Xtaqt xorta li baqa' naq'ohra hdejja ghax
hoss in-natura daqshekk ghal-lum,
Il-hin jitlob li hlief kitba u karti ma narax.
Wara zewg gallettini u tazza halib,
Illum ix-xoghol ma jidhirx li se jkiddni,
B'hekk bdejt il-gurnata bir-radd tas-salib,
Ghax dalghodu ghasfur fettillu fissidni.
No comments:
Post a Comment