Il-linji fini fuq mohhok,
Jimmarkaw ghexieren ta' snin,
Ifakkru miljun emozzjoni, il-biki,
ir-rabja. Ma' dawk ukoll id-dahk u l-ferh,
tajjeb u hazin. Jikxfu kollox, iwerzqu s-sigrieti,
igibu l-memorji - antiki, godda, xejn ma nsejt, la fallimenti
u lanqas glorji. Targa targa, inti bnejt hajtek, gawdejt tfulitek, dhalt
f'zoghzitek. Skola ma tghallimtx, imma hdimt daqs baghal, biex rabbejt it-tfal,
Habbejt il-martek, partrijott t'artek, kemm flaht hdimt ghalihom, u nvestejt fihom,
Biex ikunu ahjar minnek, int kont tghidilhom. Ghax int dejjem batejt, rajt
hafna u sofrejt, xemx u xita, sajjetti u nida, dejjem fl-ghalqa, tizra' u
tahsad, taghzaq u thawwel, tballat u ssaqqi. F'ghajnejk hemm triq
twila w se tkompli tikber kif ilha, dejjem thares fil-boghod, xhud
ta' karattru sod. Fuq mohhok it-tikmix, u fuq idejk, fuq
haddejk, imma sodisfatt lilek rajt, ghax targa wara
targa, issa li kwazi spiccajt, inti tista' tiftahar, li
fraht u weggajt, li hsadt dak li zrajt..
li dil-hajja issa tlajt.
No comments:
Post a Comment