Wednesday, February 23, 2011

Tezori Kkuluriti

Kuluri, fjuri,
Lilek jien irrid nuri,
Kwiekeb u xmux,
Sofor daqs il-lellux,
Natura, hdura,
'Il fuq lanqas hajbura,
Izraq il-bahar,
Li bih ta' min jiftahar,

Nitfaghhom kollha f'kaxxa,
Bihom noqghod nitpaxxa,
Nerfaghhom taht is-sodda,
Sabiex dawn jibqghu godda,

Jonkella nurihomlok,
K'joghgbuk jien intihomlok,
Biex jixeghlu nara ghajnejk,
U t-tbissima fuq haddejk,

Mel'ejja halli tara,
Ta' dal-gmiel pur ix-xmara,
Dat-tezori la tahlix,
Tibdilhomx int mat-tgerfix,
Timrah fihom inhallik,
Jekk thallini nafda fik,
Tgawdihom, iddakkarhom,
Ghozzhom izda le sakkarhom.

No comments:

Post a Comment