Sunday, April 17, 2011

Episodju ta' zewg ahwa ckejknin fix-xemx

Arah, arah kemm jiehu hsiebha,
Ghedt lil sehbiti b'tbissima,
Dawret wiccha 'l fejn urejtha,
Kien hemm tifla zghira u huha,
Tnejn ckejknin, hi bilkemm timxi,
Imm'hu ragel zghir, xejn bluha,
Qabdilha idha u ggwidaha,
U x'hin tfixklet dlonk refaghha,
Forsi kellu kemm, tmien snin?

X'hin bdiet tibki, qaghad jismaghha,
Poggiha f'hogru, bil-mod, bilqieghda,
Qaghad jghannaqha sa ma lestiet,
Sa ma fil-bandli, kien hemm biss skiet,
Imbaghad qabditlu wiccu f'idha,
U faqqghet dahka ta' fessuda,
Meghket imnehirha f'sidru,
Jghallmuk, ghadhom bilkemm jidhru.

Ejja imxi, sar il-hin,
L-ohra qaltli w bil-mod gibditni,
Kont bqajt niccassa lejn ic-ckejknin,
U fejn il-memorja kienet haditni,
Iccaqlaqt izda mhux qabel,
Harist lejn imhabbithom issahhar,
U b'ghajnejja ghedtihom, tlabthom,
Qisu li tibqghu hekk sa l-ahhar.

1 comment:

  1. Qisni nafhom dawn iz-zewgt itfal helwin helwin... :)

    Prosit duda xxxxxxxxxx bhas-soltu! ;)

    ReplyDelete