Sunday, March 13, 2011

Inkwadru Morr

L-ahhar li ratu kien xi gimgha qabel.  X'hin qalulha li kellhom johduh ftit l-isptar minn fuq ix-xoghol inhasdet ftit, imma heqq, kultant kulhadd ikollu jasal wasla s'hemm donnu.  Missierha qalilha li kien se jwassal lil ommha xoghol u jibqa' sejjer l-isptar jarah, u ddecidiet li tmur mieghu.  Lanqas lahqet rifset il-bieb ta' l-emergenza li ma ratux fil-genb fil kuritur, bilqieghda go sodda tar-roti, jistenna biex jara fejn kienu se johduh.  Kien liebes flokk isfar li kien gab minn xi safar.  Wiccu kellu harsa xipli fuqu, harsa ta' tifel zghir li jkollok aptit tghannaq u tbus.  Marru flimkien mieghu fil-kamra fejn kienu se jzommuh u zammewlu ftit kumpanija.  Beda jitghawweg u jzomm zaqqu bl-ugigh, sa ma donnu l-likwidu li kienu injettawlu beda jaghmel tieghu, u bdiet tmur ftit ghajnu bih.  L-ewwel bisitu hi fuq haddejh, imbaghad biesu missierha, u ghal xi raguni li ma saqsietx x'kienet, ratu jaghmillu salib fuq mohhu.

Filghodu mas-6am qajjimhom it-telefown.  Wiegeb missierha u qalulu li t-tifel kien hassu hazin.  Iz-zghira kienet qieghda tilbes ghax-xoghol, imma x'hin rat hekk telqet kollox u marret mieghu.  Xeghel il-hazard lights u beda jsuq qisu ghafrid, bhall-imgienen.  Bus lanes, traffiku u sriebet ta' karozzi, lil kulhadd bdew jaqbzu.  Bintu, li s-soltu kienet dejjem tippridkalu biex isuq bil-galbu, dakinhar ma tkellmet xejn.

Hassitha stramba kif malli dahlu flok hallewhom jibqghu sejrin dritt hdejh, qalulhom biex jidhlu go kamra faccata.  Tat harsa 'l fejn qalulhom biex imorru, rat statwa ta' Madonna u bukketti ta' fjuri quddiemha, imma xorta ma fehmitx.  Sa ma rat wiccu, wicc it-tabib.  "Kif inhu Dott?" staqsieh missierha.  Lanqas twegiba, harsa biss.  U missierha nfaqa' jibki, jibki bhal tarbija.  U bintu baqghet iccassata thares lejh.

Kelma li hi kelma ma lissnitx.  Ghajnejha bdew iharsu fil-vojt, iduru l-ghajnejn ta' l-erbgha min-nies li kien hemm madwarha wiehed wiehed, tipprova forsi taqra x'qed jghidu.  Harget wahidha mill-kamra u baqghet sejra tfittex l-ewwel sink li ssib.  Ghamlet l-isbah kwarta wahidha hemm gew u llum tghid illi li kieku waqghet bomba hdejha dak il-hin ma kinitx tismaghha.  U li kieku xi hadd qataghlha rasha, ma kinitx tohorgilha qatra demm.  Regghet lura hdejn missierha u t-tabib, u b'ton ta kmand qaltlu, "Hudni hdejh.  Irrid narah."

"Xena ohra li ha nibqa' ngorr mieghi," qaltli hi u tirrakkuntali.  Qalet li kien mghotti kollu b'lizar abjad, u t-tabib kixiflu wiccu.  Abjad karti, abjad bhal-lizar.  Mielet rasha fuq sider huhha u ma felhitx aktar.  Splodiet tolfoq, ilfiq ta' qsim il-qalb.  Qalet li qabel telqet, bisitu fuq haddejh; u haddejh kienu keshin bhas-silg, bhal irham fuq qabar.

In-nies ghall-funeral tieghu gew bhad-dud, imma minn daqs dawk nies hi riedet biss lilu.  Xtaqet li jqum u jmur mixja maghha bhalma kienu jaghmlu kwazi kuljum.  Xtaqet tiftah qalbha mieghu fuq kulma kienet qed thoss.  Xtaqet tghajjat mieghu talli ta dil-qatgha u ghamlilha din ic-cajta.  Izda ma hallihiex.  Minflok, halliha quddiesa shiha ticcassa lejn it-tebut, tipprova tifhem kif gisem zaghzugh bhal dak qieghed f'kaxxa u mhux barra minnha.

Ma riditx tghidli dak li hasset ic-cimiterju, hi u tarah niezel minn fejn qatt ma kien se jerga' jitla'.  Qaltli biss li qabel, kien ta' spiss johodha fuq l-istess qabar biex jghidu talba lil nannuhom li hadd minnhom ma kien lahqu.  "Mur ghidlu min kien imiss," qatli b'dahka falza.  Illum, m'ghadhiex tqum tibkih bil-lejl jew ticcassa lejn ir-ritratti tieghu minn filghodu sa filghaxija.  Imma ismu migruf f'qalbha, u huma spissi l-mumenti fejn tkun tixtiequ hdejha, fejn taghti gidha biex tara l-mobile idoqq u ssib messagg minn tieghu. 

Minkejja dan, huwa wens ghaliha li taf illi huha l-kbir baqa' jiehu hsiebha bhalma kien ghamel sa minn ckunitha, minhabba li kien hemm ftit tas-snin mhux hazin bejniethom. "Inhossni ferhana li wiehed mill-ahhar messaggi li baghtli kien out of the blue.  U kellu miktub biss "** inhobbok **", qaltli bi tbissima qabel ghalqet il-bieb warajja.

No comments:

Post a Comment