Sunday, March 6, 2011

Girja san-naha l-ohra

Bdiet tipprova tiftakar, imma ghalxejn.  L-unika memorja kienet ta' xi hadd jghidilha "Ibqa' kellimni, Dorianne! Dorianne! Taghlaqx ghajnejk, ibqa' kellimni, kellimni!"  Pruvat tobdi, imma bhal dalma waqghet quddiem ghajnejha u ma semghetx aktar ilhna.

Sikta.  Rih u ziffa ma' wiccha.  "Fejn qieghda?" hasbet bejnha u bejn ruhha, "possibbli mitt?  Jew forsi rieqda.  Imma ghalfejn ma nistax inqum?" bdiet tirraguna. "QUM," kmandat lilha nfisha.  Xi haga donnha ma bdietx thalliha.  Bdiet thossha qieghda ttir f'direzzjoni ghad-dritt imma ma setghet tilmah xejn.  "Kieku mitt, m'inix qed nara dak id-dawl illi jghidu illi jaraw?  Ma tkunx idea hazina kieku narah.  Ili bil-kurzita, mqar ghal ftit," kompliet thewden.  F'daqqa wahda r-rih siket ukoll u hassitha wieqfa.  Tat harsa hafifa madwarha u ghad li dawl kien hemm kemm kemm tara, lemhet forma ta' bniedem.  Kien liebes l-abjad, izda ma kellux gwienah.  "Fejn qieghdin?" staqsietu b'arja.  "Dalwaqt tkun taf," wegibha l-iehor b'ton newtrali ghall-ahhar.  "Poggi hawn," rega qalilha.

Intefghet fuq il-banketta zghira li ppuntalha lejha u hekk kif regghet harset 'il fuq tilmah lilha nfisha f'gheluq sninha ta' madwar hames snin qabel.  Kienet ghalqet tnejn u ghoxrin sena.  Rat wiccha mixrub u abjad u ftakret li dakinhar kien kellha glieda papali m'ommha u missierha, u kienet qabdet bagalja u telqet minghajr ma kienet taf fejn kienet se tmidd rasha dak il-lejl.  Kienet iz-zghira fost hamest ahwa izda kienet taf li kienet l-iktar wahda li tathom inkwiet.  Bi skola qatt ma riedet taf, u lanqas b'xoghol.  Ommha kienet tniggizha li d-dar kienet ghamlithielha qisha lukanda, dhul, ikel, irqad u hrug biss.  "Ma nsibek ghalxejn!" spiss kienet tghajjarha, "minghajr m'ghandek xejn x'taghmel, tigri 'l barra biss!  Mur imqar ghand ta' Baxir, qalli li ghandu bzonn wahda tghinu fil-hanut!".  Kien dardarha dal-kliem.  Kienet thossha ghaddejja tajba u ma setghetx tifhem ghalfejn missierha kien spiss jimbuttaha biex issib xoghol.  Il-ftit flus li kienet tinqeda bihom kienet iggibhom minghand l-irgiel li kienet tiltaqa' maghhom kultant.  In-natura kienet hanina maghha u fizikament qatt ma naqasha xejn.  Kif kienet issib ruha bil-portmoni vojt, kienet tintefa' f'bar barra r-rahal, tiehu grokk ma' min jinzerta jghaddi s'hemm dak il-lejl u malli jittantawha, iccapcap f'qalbha.

Ma kienx ikollha fejn tistahba, imma wara l-kantuniera kienet tinqeda tajjeb.  Il-flus kienet titlobhomlu fit-triq, waqt li tkun ghadha qed tisseducih u rari sabet problema.  Meta tinzerta xi wiehed li ma jkunx galantom daqs 'l ohrajn, kienet iddendel ix-xoffa u tghidlu li sejra d-dar, u kif ikunu se jitilqu ghal rihhom, jerga' jdurlu u tghaddi taghha. 

Kienet ghoddha se tibda titbissem hi u tara dan kollu, meta qataghlha hsibijietha r-ragel li kien baqa' hdejha fuq il-banketta.  "Gmielek," ikkummenta.  "Ma kontx hekk qabel," iddefendiet ruhha hi malli ndunat li donnu qieghed jippregudikaha.  "Hekk ghadek imma," tennielha.  Ma wegbitux.  In-nofs tbissima ta' fuq fommha kienet ghebet.  "Jaqaw jien mitt?" staqsietu.  "Se tibghatni ... se tibghatni l-infern?  Jaqaw veru jezisti l-infern?"  Il-vuci taghha bdiet tirqaq u toghla.  Ghamlilha sinjal biex terga' thares quddiemha.

Din id-darba rat 'l ommha tibki, u 'l ohtha tipprova ssabbarha.  Kienet liebsa l-istess hwejjeg ta' dakinhar li telqet mid-dar bil-glied.  "Nithassarha," bdiet tghid l-omm,  "qisha mitlufa, ma tafx xi trid, kollox idejjaqha, dejjem tfittex, u tfittex fil-bnadi l-hziena.  Jien naf kif qed tghix, imma ma rridx nimbarazzaha," kompliet tolfoq ommha sakemm ix-xena regghet ghebet fix-xejn.

"Ommi taf? Taf kollox??" staqsietu mdehxa.  "Ghala?" inkiha dak, "mela kont qed taghmel xi zball?"  Ma felhitx twiegbu.  'L ommha kienet ratha mikduda wisq.  Kwazi ratha ghaxar snin ixjeh milli fil-fatt kienet u hassitha kolpevoli.  Hutha l-ohra kollha kienu hargu ta' xogholhom, u meta kienet tinkwieta ghalihom, kienu jkunu affarijiet ferm zghar hdejn taghha.  Donnha kienet qieghda tifhem.

"Ghidli li mhux tard wisq," lissnitlu bil-mod.  Ghall-ewwel darba rat il-bixra ta' wiccu tiehu daqsxejn xghira differenti, u strahet. 

"Dorianne, qum, qum," semghet lehen jokrob fil-boghod.  Gharfitu, kien lehen ommha.  Hadet sahhitha biex kmandat lill-ghajnejha jitbexxqu harira.  "Dorianne!!!!!" Din id-darba ommha werzqet bil-ferh.  Dorianne tbissmet kemm kemm felhet.  Ma kinitx taf jekk kinitx holmot jew le izda bilkemm tinstema' u batuta, harset f'ghajnejn ommha u staqsietha, "Ma, ta' Baxir ghad ghandu bzonn wahda fil-hanut?"

2 comments:

  1. Am, trid taghmel xi haga bihom dawn int!!! Prosit kbira :) x x

    ReplyDelete
  2. Thank you so much :) .. all in its own good time :)

    ReplyDelete